Dimostrazzjonijiet kbar f’Ateni

Fil-Greċja jissoktaw il-protesti fit-toroq fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Gvern li jissenja aktar minn 20,000 ħaddiem miċ-ċivil sal-aħħar ta’ din is-sena.

Fit-toroq ewlenin ta’ Ateni inġabru mijiet ta’ persuni jipprotestaw flimkien mal-unjins tal-ħaddiema kontra din id-deċiżjoni.

Għalliema fl-iskejjel tal-istat u ħaddiema fis-settur postali wkoll ingħaqdu f’din il-protesta.

Il-Greċja tinsab fi kriżi kbira finanzjarja u l-Gvern qed ikollu jieħu miżuri iebsa biex inaqqas l-ispiża.