Intilfet opportunità storika biex il-pajjiż jingħaqad – GWU

Il-General Workers’ Union ilmentat li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd li għadda, li kellha l-għan li tgħaqqad is-soċjetà ċivili, minflok kompliet tifridha.
Fi stqarrija, il-GWU ikkundannat il-mod kif id-dimostrazzjoni nbidlet fi protesta politika partiġġana, minkejja t-twissijiet li nħarġu mill-organizzaturi il-ġurnata ta’ qabel.
Il-GWU esprimiet ir-rabja tagħha lejn dan l-atteġġament, li skontha wera nuqqas ta’ rispett lejn dawk kollha li marru għad-dimostrazzjoni għax jemmnu fil-qawwa tal-għaqda nazzjonali, u biex jiġġieldu għal-libertà tal-espressjoni.
Minkejja li laqgħet l-istedina biex tattendi d-dimostrazzjoni, il-GWU qalet li l-iskop tagħha ma ntlaħaqx, u l-pajjiż tilef opportunità oħra biex jingħaqad.