Dimostranti jkissru l-Parlament fil-Burkina Faso

Id-dimostranti kontra l-Gvern fil-Burkina Faso daħlu fil-Parlament fil-belt kapitali tal-pajjiż, bdew ikissru kulma jsibu u qabbdu n-nar.
Dawn id-dimostranti marru jattakkaw ukoll l-istazzjoni televiżiv tal-istat.
Waqt dawn l-attakki kien hemm persuni li ndarbu filwaqt li waslu wkoll rapporti ta’ persuni oħra mejta.
Il-Gvern ħassar il-vot fuq ir-reviżjoni tal-Kostituzzjoni, li kienet se tippermetti li l-President Campaorè jestendi t-terminu tiegħu.
Huwa ilu fil-poter għal dawn l-aħħar 27 sena.