Dimostranti jippruvaw jidħlu f’bini governattiv fl-Iraq

REUTERS/Essam al-Sudani

Il-Pulizija fl-Iraq sparat tiri fl-arja sabiex tbeżża’ mijiet ta’ dimostranti li ppruvaw jidħlu f’bini governattiv f’Basra, mossa li wasslet sabiex indarbu 48 persuna.

Id-dimostranti qed jipprotestaw kontra servizzi miżeri li qed ikissru l-ibliet fin-Nofsinhar tal-Iraq.

Il-Komandant tar-Rapid Response Forces tal-Ministeru għall-Intern, Thamir al-Hussaini, qal li filwaqt li waqqfu lid-demostranti milli jidħlu fil-binja, talbuhom sabiex ma jippruvawx jaffaċċjaw lill-forzi tas-sigurtà.

Hu qal li total ta’ 28 membru tal-forzi tas-sigurtà weġġgħu minħabba ġlied mad-dimostranti.

Protesti simili ilhom iseħħu f’Basra, madanakollu din tal-aħħar ġiet minħabba żmien sensittiv fil-politika tal-pajjiż.