Dimensjoni ġdida għall-badminton

Il-Badminton huwa sport, li bħat-tennis juża racket. L-isport jintlagħab fuq ġewwa u jintuża wkoll dak li jissejjaħ shuttlecock, li hu magħmul mir-rix. Tul dawn l-aħħar snin dan l-isport beda jżid il-popolarità f’Malta, b’mod partikulari maż-żgħażagħ u t-tfal.

Il-Federazzjoni Dinji tal-Badminton żviluppat shuttlecock ġdid bid-disinn jagħmlu aktar faċli li l-isport jintlagħab fuq barra. L-inizjattiva ttieħdet bil-għan li jiżdied l-għarfien dwar dan l-isport madwar id-dinja.

Msida Arrows Badminton Club ipprova dawn ix-shuttlecocks għall-ewwel darba f’Malta. L-avveniment ttella’ fil-ġnien pubbliku ta’ quddiem il-Knisja tal-Msida. Il-membri tall-klabb li l-etajiet tagħhom ivarjaw lagħbu logħob ta’ ħbiberija bejniethom u wżaw ix-shuttlecock il-ġdid.

Dawk kollha li nzertaw għaddejjin dak il-ħin kellhom l-opportunità li jippruvaw dan l-isport. Jgħinu lil dawn il-persuni kien hemm il-coaches tall-klabb. Il-parteċipanti kollha ħadu gost b’din l-attività.

Fi stqarrija l-klabb irringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Msida, b’mod partikolari lill-Kunsillier Jean-Claude Borg, għall-għajnuna u s-sapport li ta lill-organizazzjoni biex ttella’ dan l-avveniment.