Dil-Ġimgħa l-Kbira tista’ tferraħ ħafna nies

Hekk kif il-Ġimgħa l-Kbira magħna, bosta dawk li jirriflettu fuq it-tbatija li jgħaddi minnha kulħadd, minħabba esperjenzi varji f’ħajtu. Dal-jum jiġbor bosta Maltin għalenija biex jgħinu lil dawn il-persuni.
Għalhekk, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm iħeġġek tgħin inti wkoll, anki lil nies li ma tafx min huma, u lanqas huma jafu min inti. It-tbatija ta’ dawn in-nies mhix inqas minn ta’ dawk li taf.
Jekk tixtieq tagħti d-demm, żur iċ-Ċentru ta’ Gwardamanġa li hu miftuħ 24/7 mit-8am sas-6pm.
Nhar il-Ġimgħa, wieħed jista’ jagħti d-demm  fil-binja ta’ maġenb il-Knisja tal-Ħniena Divina, In-Naxxar, kif ukoll  fis-Sala tad-Dar Parrokkjali, fil-pjazza ewlenija ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Marsaxlokk.