Dikjarazzjoni mill-MFA dwar kummenti razzjali

Il-Malta Football Association espremiet solidarjetà mal-gowlkiper Malti Rashed Al-Tumi li kien fil-mira ta’ kummenti b’motivi razzjali fuq il-midja soċjali. 

Minħabba li l-kummenti derogatorji saru minn membru ta’ nursery lokali tal-futbol taż-żgħażagħ, il-MFA se titlob formalment lill-Youth FA biex tistudja l-kwistjoni.    

Id-dikjarazzjoni kompliet tgħid li nnutat b’dispjaċir li dan mhux l-ewwel inċident tat-tip tiegħu fl-aħħar jiem hekk kif il-futboler  Maltin Yannick Yankam u Jacob Walker kienu wkoll soġġetti għal abbuż razzjali fuq il-midja soċjali.    

Id-dikjarazzjoni temmet tgħid li matul dan iż-żmien delikat meta d-dinja tinsab taħt xokk dwar il-mewt traġika ta’ George Floyd fl-Istati Uniti, l-MFA ittenni li r-razziżmu u d-diskriminazzjoni m’għandhom l-ebda post fis-soċjetà tagħna.