Diga fil-Brażil tinfaqa’ u ġġorr kull ma ssib quddiemha

Fil-Brażil infaqgħet diga li kienet qed iżżomm ilma kkontaminat, li jifred mina li minnha tiġi skavata s-sustanza minerali tal-ħadid, u żona residenzjali.
Il-kwantitajiet kbar ta’ ilma li ħarġu ġarrew kull ma sabu quddiemhom, inkluż tajn u ħmieġ mit-toroq, u 16-il ruħ li s’issa għadhom mitlufa.
Mill-inqas persuna waħda nstabet mejta, bil-biża’ jkun li l-bqija wkoll tilfu ħajjithom.