Diġà bdew il-preparamenti għal Skolasajf

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi ħarġet sejħiet għal playworkers u child support workers għal matul Skolasajf 2015.
Din is-sena Skolasajf fi ħdan Klabb 3-16 se ssir bejn it-Tnejn 13 ta’ Lulju u l-Ġimgħa 4 ta’ Settembru.
Is-sena li għaddiet, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi kienet fdata bil-kordinament ta’ Skolasajf għall-ewwel darba hekk kif fis-snin ta’ qabel l-organizzazzjoni kienet f’idejn id-Dipartiment tal-Edukazzjoni.
Rapport ikkummissjonat mill-Ministru għall-Edukazzjoni u maħruġ f’Settembru li għadda, kien wera li ma kienx hemm biżżejjed preparamenti għal Skolasajf 2014 u b’hekk Klabb 3-16 u Skolasajf kienu bdew tard.
Fost ir-rakkomandazzjonijiet tal-bord hemm li l-playworkers u ċ-child support workers għandhom ikunu għalliema b’esperjenza.
Skont is-sejħa t’applikazzjonijiet, l-applikanti għandu jkollhom aktar minn 18-il sena, jafu jikkomunikaw bil-Malti u bl-Ingliż u studjaw sa mill-anqas fil-livell avvanzat.
Hu mifhum li preferenza se tingħata lil dawk li jistgħu jaħdmu matul il-perjodu kollu ta’ Skolasajf.