“Diffikultà għall-istudenti biex ikollhom aċċess għall-programmi ta’ mobilità”

L-Ewroparlamentari Maltija Therese Comodini Cachia enfasizzat li l-istudenti li jattendu l-MCAST qed isibu diffikultà biex ikollhom aċċess għall-programmi ta’ mobilità.
Dan meta l-MCAST tista’ tfittex l-opportunitajiet permezz tal-programm Erasmus+.
Hija enfasizzat li l-akbar sfida li l-istudenti vokazzjonali f’Malta qed jaffaċċjaw hija kif l-entità edukattiva fejn qed jingħataw it-taħriġ jistgħu isibu kumpaniji barranin lesti li jilqgħuhom.
Meta kienet qed titkellem fil-kumitat CULT tal-Parlament Ewropew, Comodini Cachia qalet f’Malta hawn ħafna studenti li jridu jipparteċipaw fi programmi ta’ mobilità iżda hawn nuqqas ta’ opportunitajiet.
Matul din il-laqgħa tal-kumitat, l-Ewroparlamentari tkellmu dwar l-ostakli li hemm fit-tħaddim ta’ programmi ta’ mobilità kif ukoll l-implimentazzjoni aħjar tal-Erasmus+.
Il-mobilità tal-istudenti għat-tagħlim u t-taħriġ tikkontribwixxi għal kwalità ogħla fl-edukazzjoni kif ukoll suċċess aktar ta’ ingaġġ iżda fadal bosta sfidi li jridu jingħelbu biex jintlaħaq il-potenzjali kollu.
Therese Comodini Cachia qalet li l-mobilità hija ferm importanti fil-formazzjoni edukattiva u għat-taħriġ biex tiddependi biss mir-riżorsi tal-Erasmus+.
Enfasizza li f’Malta jrid jiġu kkunsidrat li l-opportunitajiet għall-mobilità jiżdiedu permezz tal-politika nazzjonali u aktar riżorsi.