Filmat: Diffikultà biex jivverifikaw kemm inġabru voti

Jidher li żviluppaw xi diffikultajiet waqt li kienu qed jivverifikaw kemm inġabru voti sal-bieraħ filgħaxija. Sa dan il-ħin ċ-ċifra tkun ilha li nħarġet.

Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li hemm il-problemi biex jivverifikaw iċ-ċifri u għalhekk din għadha ma nħariġtx. Sors li tkellem ma’ Newsbook.com.mt qallilna l-Kummissjoni qed tiltaqa’ iżda din ma rnexxilniex nikkonfermawha ma’ sorsi oħra.

Minn dak li jaf Newsbook.com.mt huwa li hemm ħafna xogħol għaddej sigħat qabel jiftħu l-postijiet tal-votazzjoni biex jaraw x’ġara u jsolvu l-problema.

Kien hemm sorsi li semmgħu ma’ Newsbook.com.mt il-possibilità li jaqilbu għall-għadd tal-voti manwali iżda s-sorsi qallulna li għalissa s-sitwazzjoni mhux qed titlob dan il-pass drastiku.

Matul il-jum tas-Sibt il-persuni eleġibbli għall-vot f’Malta se jkunu qed jivvutaw fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali.

AQRA: Xandiriet speċjali għall-Elezzjonijiet fuq Newsbook.com.mt

Newsbook.com.mt bagħat il-mistoqsijiet lill-Kummissarju Elettorali Joseph Church.