Diffiċli twaqqaf ġenerazzjoni ġdida ta’ nassaba – BirdLife Malta

B’reazzjoni għall-aħbar dwar l-istaġun tal-insib għall-isponsuni, BirdLife Malta qalet li l-proposti ta’ xahrejn insib għal seba’ għasafar mhix ġustifikabbli.
Il-maniġer ta’ BirdLife Malta, Nicholas Barbara qal li nassab bil-liċenzja jista’ jopera f’massimu t’erba’ siti tal-insib kuljum fil-perjodu ta’ xahrejn, u li fihom jaqbad 10 sponsun, li jammontaw għall-ammont li jaqbeż il-kwota.
BirdLife Malta sostniet li l-Wild Birds Regulation Unit irċeviet applikazzjonijiet għal-liċenzji ġodda, li jfisser li ġenerazzjoni ġdida ta’ nassaba qed titwieled, u li se tkun aktar diffiċli biex titwaqqaf.
Id-direttur eżekuttiv tal-BirdLife Steve Micklewright qal li din id-deċiżjoni hi “ġurnata kerha għall-ambjent Ewropew”.