Difett fis-Samsung iħallik tikkoppja l-marki tas-swaba’

Difett fis-Samsung Galaxy S5 qed jippermetti lil hackers jiftħu l-ismartphones billi jikkuppjaw il-marki tas-swaba’.
Esperti minn kumpanija tas-sigurtà qalu li difett fis-sistema android, jippermetti li tinsteraq informazzjoni personali biex tintuża post ieħor.
Żiedu jgħidu li smartphones oħra bis-sistema android jistgħu jkunu vulnerabbli.
Samsung qalet li qed tinvestiga dak li sabu r-riċerkaturi.
Il-parti l-kbira tal-ismarphones joffru l-faċilità li tiftaħ il-mowbajl b’subgħajk, minflok iddaħħal numru.