Diferiti l-kawżi tal-Maġistrat li qed tinvestiga l-‘kickbacks’

Il-kawżi pendenti tal-Maġistrat Natasha Galea Scibberras ġew diferiti minħabba li tinsab “impenjata fuq xogħol ta’ natura urġenti”.
Dan tħabbar permezz ta’ notifika fil-Gazzetta tal-Gvern.
Il-kawżi tagħha previsti li jinstemgħu nhar it-Tnejn 5 ta’ Frar ġew skedati li jsiru l-Erbgħa 2 ta’ Mejju.
Il-Maġistrat Galea Sciberras għaddejja b’inkjesta dwar allegat ħasil ta’ flus minn Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru dwar bejgħ ta’ passaporti, wara r-rikors imressaq mill-eks-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.
Din mhix l-ewwel darba li każijiet oħra ġew diferiti minħabba l-importanza ta’ din l-inkjesta li qed tinvestiga l-allegazzjonijiet li Schembri ħa jew irċieva xi flus f’commissions mill-bejgħ tal-passaporti Maltin.