Difensur ġdid għal Leicester

Id-difensur ta’ West Bromwich Albion Jonny Evans jinsab pass ’il bogħod milli jsir plejer ġdid ta’ Leicester City.
Huma ppruvaw jakkwistawh fi tliet okkażjonijiet differenti u kellhom offerta ta’ £23 miljun li ma ġietx milqugħa minn West Bromwich matul is-sajf l-għadda.
Evans mistenni jsir it-tieni akkwist tal-kowċ Claude Puel f’ dan is-suq tat-trasferimenti wara li Leicester ikkonfermaw il-wasla ta’ Ricardo Pereira mingħand Porto għas-somma ta’ £22 miljun.
Evans lagħab ukoll ma’ Manchester United, Sunderland u Royal Antwerp u kien ukoll fil-pjanijiet ta’ Manchester City u Arsenal għal diversi xhur.