​Dieta u gym fost l-iktar reżoluzzjonijiet fuq Google

L-eżerċizzju fiżiku, l-ikel tajjeb għas-saħħa, id-dieta, it-tnaqqis fil-piż, il-gym u l-waqfien mit-tipjip kienu l-aktar kliem li l-Amerikani fittxew fuq Google mill-bidu tas-sena sal-lum.
Skont statistika miġbura mill-Università ta’ Oxford it-tendenza fl-aħħar 10 snin turi li dawn ir-reżoluzzjonijiet dejjem kienu fil-quċċata.