Diesel imut t’eroj f’rejd kontra t-terroriżmu f’Pariġi

Miet hu u jsalva għaxar uffiċjali tal-Pulizija.
L-aħħar eroj fl-assedju ta’ Pariġi kontra t-terroristi hu Diesel, kelb ta’ seba’ snin tat-tip Belgian shepherd, li nqatel fir-rejd tal-Pulizija dalgħodu.
Rapporti qed jgħidu li mara fl-appartament li fih daħlu l-Pulizija qabel sbieħ il-jum, sparat lil Diesel imbagħad malli kien se joqrob lejha, splodiet iċ-ċinturin madwarha kollu splussiv.
B’hekk, mietet hi u l-kelb.
Diesel kien imħarreġ kontra l-isplussiv u f’każ ta’ aggressjonijiet.
Il-paġna uffiċjali tal-Pulizija Franċiża, fuq Twitter, sellmet lill-membru fidil tagħha bi tweet, li fi ftit minuti nxterdet għal eluf ta’ drabi.