Dier ta’ Tottenham jikkonfronta partitarju fl-istands

Il-midfielder ta’ Tottenham Eric Dier mar jiġri fl-istands qalb il-partitarji biex jikkonfronta wieħed minnhom li jidher li insulentah. Dan ġara wara li Spurs inqalgħu mill-FA Cup fil-logħba kontra Norwich.

Dier beda jaqbeż is-siġġijiet ta’ wara l-bankina fejn kien hemm il-plejers u spiċċa sar sfrakass qabel ma rnexxielhom jintervjenu l-membri għas-sigurtà. Skont Mourinho, ħu Dier iż-żgħir, li kien fl-istand ma kienx kuntent b’dan. Iżda stqarr li Eric għamel dak li s-soltu l-professjonisti ma jagħmlux iżda li probabbilment kull wieħed minnhom jagħmel hekk jekk ikollu ċ-ċans.

Dier irnexxielu jiskurja fil-fażi tal-penalties ta’ wara l-logħba. Madankollu Spurs tilfu minħabba li l-gowler ta’ Norwich Tim Krul salva żewġ blalen u b’hekk it-tim irnexxielu jgħaddi għall-kwarti tal-finali.

Mourinho stqarr għal darboħra li bħala professjonisti ma jistgħux jagħmlu dan. Iżda qal li hu qiegħed fuq in-naħa tal-plejer u li jifhem l-għaliex għamel hekk.

Riżultati oħra:

Leicester City 1-0 Birmingham City

Sheffield Wednesday 0-1 Manchester CIty