Dieqa mill-Isqfijiet Ġermaniżi dwar il-liġi taż-żwieġ għall-koppji tal-istess sess

L-Isqfijiet fil-Ġermanja esprimew id-dieqa tagħhom wara li l-Parlament approva ż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess u biex jaddottaw.
Il-liġi għaddiet b’maġġoranza ta’ voti, jiem wara li l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel esprimiet li ma taqbilx maż-żwieġ bejn koppja tal-istess sess.
Il-President tal-Konferenza tal-Isqfijiet Ġermaniżi, il-Kardinal Reinhard Marx tkellem dwar il-ħtieġa li l-Istat għandu jibqa’ jipproteġi ż-żwieġ bħala unjoni bejn mara u raġel kif tgħid il-Kostituzzjoni.
Saħaq li ma kienx xieraq li l-Parlament għaġġel biex ħa deċiżjoni fuq aspett importanti.
Min-naħa tiegħu l-Arċisqof Heiner Koch, li huwa responsabbli mill-familji qal li għandu dieqa kbira li ż-żwieġ spiċċa ballun politiku għall-voti. Żied jgħid li l-Knisja se tniedi kampanja biex tfiehem aktar is-sagrament taż-żwieġ