Diego Costa jista’ jirritorna ma’ Atletico Madrid

Diego Costa qed jissemma' li jista' jirritorna ma' Atletico Madrid. Dan wara li l-manager ta' Chelsea, Antonio Conte ta ħjiel li Costa ma jinsabx fil-pjanijiet ċentrali tiegħu għall-istaġun li ġej. Dan għalkemm huwa kellu staġun mill-aqwa ma' Chelsaa fl-istaġun li għadda fejn skorja numru ta' goals importanti li għenu biex Chelsea jirbħu l-Kampjonat. Minħabba l-fatt li Atletico Madrid għandhom sanzjoni rigward trasferimenti mposta fuqhom, Diego Costa jista' jkun qed jingħaqad magħhom minn Jannar li ġej fejn fil-frattemp jista' jingħaqad b'self ma' xi club fiċ-Ċina.
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isports, agħfas hawnhekk.