Diego Costa jrid iħalli lil Chelsea

Diego Costa se jkun qed jitfa' rikjesta uffiċjali biex jiġi trasferit minn ma' Chelsea.
Dan l-attakkant ta' 28 sena ilu jissemmma' li jista' jħalli lil Chelsea sa minn tmiem l-istaġun li għadda hekk kif Antonio Conte bagħatlu messaġġ li fih indika li ma jinsabx fil-pjanijiet tiegħu għall-istaġun li ġej.
U dan għalkemm skorja 20 gowl f'35 partita ma' Cheslea.
Atletico Madrid qed jitqiesu bħala l-favoriti li jistgħu jakkwistaw lil dan il-player biex b'hekk jekk dan it-trasferiment jiġi mmaterjalizzat, huwa jkun qed jirritorna magħhom.
Madankollu, il-Madrileni ma jistgħux jakkwistaw lil dan il-plejer qabel Jannar li ġej minħabba sanzjoni rigward trasferimenti li hemm imposta fuqhom.
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.