Diego Alonso appuntat maniġer ta’ Inter Miami

It-tim il-ġdid tal-Major League Soccer Inter Miami, appuntaw l-ewwel maniġer tagħhom. It-tim ta’ David Beckham appunta lil Diego Alonso.

L-Urugwajan li għandu 44 sena tkeċċa mit-tim Messikan Monterrey f’Settembru, anka jekk irnexxielu jmexxihom għar-rebħ tal-Concacaf Champions League din is-sena.  Alonso għamel ukoll erba’ snin jmexxi lir-rivali ta’ Monterrey Pachuca.

L-eks Captain tat-tim Ingliż Beckham, li lagħba ukoll fl-MLS ma’ LA Galaxy bejn l-2007 u l-2013, huwa s-sid u l-president tal-klabb. Lura f’Settembru tal-2018, hu kien ħabbar isem it-tim, il-kuluri użati u l-pjan li kellu għad-disinn tal-grawnd. L-ewwel logħba tagħhom fl-MLS mistennija tkun ġewwa għand Los Angeles FC fl-ewwel ta’ Marzu.