Didier Bugeja fir-raba’ post f’tellieqa ġewwa l-Italja

Read in English.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, is-sewwieq Malti Didier Bugeja, membru ta’ l-Island Car Club, spiċċa fir-raba’ post f’tellieqa ġewwa Gubbio fl-Italja. L-avveniment kien wieħed importanti peress li din it-tellieqa kienet waħda mir-rounds tal-Campionato Italiano Velocità Montagna.

Għalkemm fir-raba’ post, Bugeja kien biss 3.70 sekondi wara ir-rebbieħ tal-klassi tiegħu li kienet komposta minn 7 sewwieqa stabiliti ferm ġewwa l-Italja.

Il-korsa li intużat għal din it-tellieqa kienet twila 4.150 kilometri b’dislivell ta 270 metru bejn il-bidu u it-tmiem.

Bugeja permezz tal-Peugeot 106 tiegħu issa ngħaqad ma 7 sewwieqa oħra Maltin gewwa Chiaramonte Gulfi għas-62 edizzjoni tal-Hillclimb Monti Iblei li ser issir fi tmiem il-ġimgħa li ġej. Is-sewwieqa l-oħra huma, Ignazio Cannavo fuq Lamborgini Gallardo GT3, Anastasi Joe fuq Austin Cooper, Galea Noel fuq Escort MK2, Dunford James fuq Norma M 20F, Camilleri Darren fuq Tatuus Honda, Galea Ian fuq Argo Formula F3 Honda u Deidun Ivan Paul.