DiCaprio b’donazzjoni ta’ €4.5 miljun biex jitwaqqfu n-nirien fl-Amażonja

Leonardo DiCaprio għamel donazzjoni ta’ aktar minn €4.5 miljun biex jgħin itaffi n-nirien li ħakmu l-Amażonja għal ġimgħat sħaħ.

L-attur ta’ 44 sena bagħat il-flus permezz tal-fondazzjoni ambjentali tiegħu u tal-filantropiċi Laurene Powell Jobs u Brian Sheth, Earth Alliance. Il-Fond Amazon Forest se jipprovdi għajnuna finanzjarja lis-sħab lokali u lill-komunitajiet indiġeni waqt li jaħdmu biex jipproteġu l-Amażonja.

Jidher li din is-sena n-nirien slavaġ fiż-żona Brażiljana tal-Amażonja rduppjaw hekk kif id-drawwa tal-bdiewa li jaħarqu l-foresta biex ikabbru l-art għall-bidja wassal biex kompla jinfirex minħabba l-istaġun xott.

AQRA: Emerġenza fl-Amazon; ilha 3 ġimgħat tinħaraq