Jintemm id-dibattitu bejn il-mexxeja fl-MCAST

It-tliet mexxejja ntlaqgħu b’għajjat u ħafna ċapċip. Kienu bosta s-suġetti li ġew diskussi f’dan id-dibattitu. L-aktar popolari minn dawn kienu x-xogħol, l-istipendji u s-sistema tat-trasport preżenti.

Dan kien it-tieni dibattitu bejn il-mexxejja li sar fost l-istudenti iżda l-ewwel darba li dibattitu politiku li sar fl-MCAST. Tul id-dibattitu l-istudenti kellhom iċ-ċans li jistaqsu l-mistoqsijiet tagħhom lit-tlett mexxejja.

Aktar qabel:

13:36 – It-tliet mexxeja taw l-konklużjoni tagħhom hekk kif dan id-dibattitu jasal fi tmiemu.

13:25 – Saret mistoqsija dwar jekk hux se jsiru pieni aktar ħorox lejn moħqrija l-annimali. Dr Muscat qal li dawn il-pieni mhux biżżejjed. Saħaq li hemm bżonn kummissarju kontra l-moħqrija tal-annimali. Michael Briguglio insista li l-kaċċa fir-Rebbiegħa għandha tinqata’ filwaqt li Dr Gonzi qal li fuq l-annimali, jidher li hemm qbil komuni bejn il-partit kollha.

13:20 – Wasalna lejn l-aħħar sett ta’ mistoqsijiet.

13:14 – Studenta partikolari li hija barranija, staqsiet għalfejn mhix tingħata l-istipendju minkejja li għandha ċittadinanza Maltija.

13:10 – Minkejja li għadhom kif ġew diskussi l-istipendji, student staqsa għal darba oħra dwar jekk hux se jinżammu l-istipendji. Ir-risposti tal-mexxejja ġew segwiti b’ħafna għajjat u sapport għall-PN u l-PL.

13:04 – Il-PM qal li l-istipendju huwa nċentiv, allura jekk student jeħel mill-eżami, m’għandux jingħata. Pero, qal li l-istudenti li ġejjin minn familja bi problemi finanzjajri, il-gvern se jkun qed iżid l-istipendji. Dr Muscat qal li dawn se jinżammu żgur. Qal li hu jemmen li jekk student jeħel minn eżami, xorta għandhom jingħataw l-istipendji. Iċ-Chairman tal-AD qal li l-istipendju huwa dritt, allura għandhom jingħataw.

13:00 – Michael Briguglio sostna li rigward kultura, l-AD temmen fit-talent lokali u hemm sezzjonijiet sħaħ fil-manifest dwar iktar investiment fil-mużika u teatru.

12:48 – Michael Briguglio qal li hemm bżonn nagħmlu użu aħjar mill-enerġija sostenibbli. Il-mexxejja kienu mistoqsija dwar il-‘warrant’ għall-istudenti tal-inġiniera. Il-Prim Ministru qal li din il-professjoni għandha bżonn imbuttatura. Dr Muscat saħaq li l-PL jaf bil-problema u se jkunu qed jindirrizawha ukoll.

12:37 – Mistoqsi dwar is-sekularita’, il-Prim Ministru qal li hu jemmen f’soċjeta’ fejn ikun hemm separazzjoni bejn il-knisja u l-politika. Saħaq li dawn huma għażliet personali ta’ kull bniedem. Fuq l-istess suġġett, Michael Briguglio qal li l-AD huwa l-unika partit li għandu kapitlu sħiħ fuq dan is-suġġett. Dr Muscat, minn naħa tiegħu qal li hemm bżonn ta’rispett reċiproku bejn il-knisja u l-istat.

12:31 – Dr Muscat tkellem fuq bżonn ta’ progress fis-sistemas ta’ trasport pubbliku. Il-Prim Ministru semma’ il-flus li Gvern Nazzjonalista nvesta fl-MCAST stess.

12:22 – Michael Briguglio mill-Alternattiva fakkar liema huma d-drittijiet li l-Partit tiegħu jaħdmu fuqhom. Semma’ l-kultura, mużika, drittijiet għall-annimali u d-dritt għal żwieġ bejn persuna tal-istess sess.

12:17 – Kien se jibda jitkellem Dr Muscat, iżda pront qabżu l-istudenti jgħajjtu ‘blokka silġ’. Qal li hu mhux jara biża mill-bidla imma għatx għalijha.

Il-Prim Ministru beda billi qal li din l-istituzzjoni kienet ingħalqet minn Partit Laburista u reġgħet fetħet grazzi għall-PN. Semma’ ix-xogħol u mill-ewwel l-istudenti infexxew f’għajta ta’ ‘shame on you!’

12:13 – Dr Muscat jiġi milquh fost għajjat qawwi ta’ ‘Joseph, Joseph’.

12:08 – Telgħu l-pulizija biex jkeċċu kull min mhux ġurnalist mill-gallarija tas-sala. Fil-maġġoranza kienu għalliema fl-MCAST stess. Pablo Micallef se jkun qed jieħu ħsieb dan id-dibattitu.

11:50 – Ikompli l-għajjat. Din id-darba żdiedu l-għajjat ta’ ‘Fejn hu Franco?’ Il-gallerija li suppost kienet riservata għall-media mtliet ukoll.

11:35 – Minkejja li t-tliet mexxejja għadhom ma wasslux, l-istudenti infexxu f’għajjat ta’ ‘Viva l-Labour’ u ‘Tagħna lkoll’. Barra hemm kju kbira ta’ studenti jistennew biex jidħlu.