Diana kellha libsa tat-tieġ ‘sigrieta’

libsa Prinċipessa Diana sigrieta

Riċentament ġie żvelat li l-Prinċipessa Diana setgħet iżżewġet b’libsa totalment differenti.

Id-diżinjaturi tal-libsa tat-tieġ tagħha, ħejjewlha t-tieni liebsa, li żammew sigrieta anke minn Diana nnifisha. Apparentament saru sforzi kbar biex ħadd ma jinduna biha. Wieħed mid-diżinjaturi spjega f’intervista li dan sar f’każ li d-disinn tal-libsa oriġinali jiġi żvelat. Kompla jgħid li qatt ma ddiskutew dan magħha, filwaqt li fisser li riedu jserrħu rashom li kollox imur ħarir.

It-tieni libsa kienet magħmula mill-istess materjal, iżda ma kellhiex l-aċċessorji tal-oriġinali fosthom il-bizzilla antika.