Dħul u ħruġ differenti għall-Belt Valletta

Minn għada, il-vetturi kollha li jidħlu l-Belt Valletta min-naħa ta’ Belt is-Sebħ se jidħlu fil-kapitali minn Triq Santa Luċija.
Dan sakemm Transport Malta se tkun qed tibni mill-ġdid Triq San Mark, id-daħla normali.
Ix-xogħol se jibda għada fid-09:00 ta’ filgħodu u mistenni jieħu xi ġimgħat minħabba li se jgħaddu u jikkomunikaw is-servizzi mill-ġdid. 
Is-soltu Triq Santa Luċija tintuża minn dawk li jkunu jridu joħorġu mill-Belt.
Sakemm isir dan ix-xogħol, il-vetturi se joħorġu minn Triq San Ġwann.