Dħul minn pantomima jmur għall-karità

Ritratt: Facebook/MixtaDrama

Ġest sabiħ min-naħa ta’ Mixta Drama li f’dan it-tmiem il-ġimgħa tellgħu l-produzzjoni Ġaħan u l-Pjanta li Tiekol in-Nies li saret fit-teatru tal-MCast ta’ Raħal Ġdid.

Ritratt: Facebook/MixtaDrama

Din il-produzzjoni kellha kitba u direzzjoni ta’ Dominic Said waqt li taw sehimhom bosta atturi magħrufa kif ukoll studenti mill-kumpanija Mixta Drama mmexxija minn Clayton Pace.

Ritratt: Facebook/MixtaDrama

“Grazzi lil dawk kollha li ġew jaraw il-pantomima ta’ Mixta Drama Ġaħan u l-Pjanta li Tiekol in-Nies. L-attendenza u r-rispons tagħkom ifisser ħafna għalina. Nittama li ħadtu gost u li nerġgħu narawkom f’produzzjonijiet futuri,” ikkumenta Pace waqt li ħabbar ukoll li minn din il-produzzjoni nġabret is-somma ta’ €546′ li se tingħata kollh lill-organiżżazzjoni ta’ karità, ‘mission4change’.