Dħul b’xejn għall-Mużew tal-Istorja Naturali

Il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali ta’ Heritage Malta se jkun miftuħ għall-pubbliku bla ħlas, nhar il-Ħadd li ġej. 
Matul il-ġurnata se jkun hemm tliet żjajjar bi gwida, fl-10am, fis-1pm u fit-3pm. 
L-esibizzjoni fil-mużew tesplora diversi aspetti differenti tal-ambjent naturali Malti b’temi diversi bħall-ġeoloġija u l-paleontoloġija (fossili), fawna tal-baħar, l-ekoloġija u storja tal-
gżejjer żgħar, insetti, għasafar u suġġetti oħrajn bħall-evoluzzjoni tal-bniedem.
Il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali jiftaħ bejn id-9am u l-5pm. 
Il-Mużew jinsab ħdejn id-daħla tal-Imdina, fil-Palazz Vilhena. 
Ir-responsabbiltà ewlenija ta’ dan il-mużew hi li tiġbor u tippriserva, kif ukoll tagħmel studju fuq il-ħlejjaq u l-ambjent naturali, b’mod partikolari dak Malti.  
Għal aktar dettalji żur is-sit ta’ Heritage Malta