Dħul b’xejn għall-wirja ta’ 100 oġġett

Wirja ta’ mitt oġġett bi dħul b’xejn nhar il-31 ta’ Marzu se tkun qed ssir fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija.
Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija li jinsab fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta hemm numru t’oġġetti li joħduna lura saż-żmien Neolitiku.
L-iktar oġġetti imfittxa f’dan il-mużew jinkludu il-mara r-rieqda li nstabet fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, il-Venere ta’ Malta li ġiet misjuba f’Haġar Qim, sjuf tal-bronż mit-tempji ta’ Ħal Tarxien, pendent bl-allat Horus u Anubis u sarkofagu ta’ żmien il-Feniċi.
Il-wirja tal-mitt oġġett tirrakkonta l-istorja tal-gżejjer Maltin li għandhom storja relevanti għar-reġjun tal-Mediterran.
Minbarra audioguide b’diversi lingwi tul il-wirja saru wkoll ħmistax-il-audiovisual biex jgħinu lill-viżitaturi jifhmu aktar dak li se jkun esebit.
Għall-iktar informazzjoni dwar din l-inizzjattiva wieħed jista’ jżur is-sit www.heritagemalta.org.