Sir af dwar in-naħal, il-ġebel u l-ilmijiet Maltin b’xejn

Hekk kif kulma jmur riesaq l-avveniment famuż ma’ dawk dilettanti tal-istorja, speċjalment mil-lat xjentifiku tagħha, is-Science in the Citadel, il-Heritage Malta ħabbret dħul b’xejn waqt il-bosta attivitajiet li se tkun qed torganizza.
Fost l-oħrajn, l-erba’ mużewijiet tal-Heritage li għandha fiċ-Ċittadella, se jkunu qed jinżammu fihom taħditiet minn professjonisti kif ukoll dawriet ma’ postijiet ta’ interess u wirjiet dwar suġġetti varji.
Fil-Mużew tal-Arkeoloġija: Taħdita mill-arkeologu George Azzopardi dwar ix-xjenza arkeoloġika, From clay to pottery: chemical transformation mill-11am sa 12pm.
Fil-Mużew tan-Natura t’Għawdex: Taħdita minn Paulo Lago, il-Maniġet tal-Proġett Life Arcipelagu Gamija, The secretive life of the Yelouan Shearwater in the Maltese Islands minn 12pm sas-1p
Dawra mill-ġeoloġista Jane Carr, What has geology to do with you? bejn is-1pm u s-2pm.
Taħdita mill-konservatur anzjan u speċjalista fil-bijodiversitá, Alfred Baldacchino, Indigenous flora of Gozo mis-2pm sat-3pm.
Fid-Dar Storika Gran Castello: Wirja u taħdita dwar in-naħal, il-produzzjoni tagħhom tal-għasel u l-benefiċċji tal-għasel għas-saħħa, minn Adrian Bugeja Douglas, The story of honey: its history, production and health benefits mill-4pm sal-5pm.
Fil-Ħabs il-Qadim: Bord interattiva mit-Taqsima tal-Laboratorju tax-Xjenza Forensika tal-Pulizija, Forensics – the application of science to law
Sadanittant, fl-Uffiċċju tal-Heritage f’Malta se jkun hemm wirja ta’ xogħlijiet ta’ arti mill-Kulleġġ Għawdxi, Science in the citadel through the eyes of a Gozitan child. Din il-wirja se tibqa’ miftuħa sas-6 ta’ Mejju.
Is-Science in the Citadel se tittellgħa fit-22 ta' April.
Fil-ħinijiet l-oħra meta ma jkunx hemm dawn l-attivitajiet, id-dħul se jkun bil-ħlas tas-soltu.
Għal aktar informazzjoni, tista’ żżur is-sit tal-Heritage minn hawn.
Ritratti: Il-mużewijiet tal-Heritage Malta fiċ-Ċittadella