DHL Express bit-tieni edizzjoni tal-Ġimgħa ta’ Apprezzament

Hekk kif it-Tazza tad-Dinja tar-Rugby waslet fil-qofol tagħha fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-istaff kollu ta’ DHL Express f’Ħal Luqa, 62 impjegat u maniġers, ħadu l-opportunità jgħixu l-finali eċċitanti billi kellhom it-tieni Ġimgħa ta’ Apprezzament tal-Istaff din is-sena bit-tema ta’ RWC2015. Dan, wara l-attività li saret f’April.
Fl-ewwel jum tal-ġimgħa ttieħdu ritratti ta’ kull dipartiment u l-għada kien hemm żjara minn promoturi ta’ energy drink. F’nofs il-ġimgħa ġie ċelebrat Jum il-Hot Dog, billi issajjar zalzett ħdejn l-uffiċċju u ħie servut lill-istaff waqt il-brejk tagħhom.
Kompetizzjoni tal-kejkijiet bit-tema RWC2015 saret l-għada. Kien hemm ħames parteċipanti bir-rebbieħ jirċievi rigal ta’ massage għal tnejn fi Spa rinomata lokali.
Il-qofol tal-Ġimgħa ta’ Apprezzament tal-Istaff kienet logħba ta’ 7-a-side touch rugby li saret bl-għajnuna tal-Malta Rugby Football Union (MRFU) fil-post ta’ taħriġ tagħhom il-Marsa. L-avveniment spiċċa b’majjalata.