DHL bl-ewwel servizz ta’ ħelikopter express f’Londra

Dan is-servizz ġdid huwa maħsub li jtejjeb b’mod sinifikanti r-rabta bejn ċentri finanzjarji ewlenin speċjalment fl-Amerika u l-Ingilterra. Dokumenti urġenti minn New York, Boston u Chicago jitwasslu fiċ-ċentru finanzjarju ta’ Londra l-għada filgħodu, u b’hekk il-ħin tal-vjaġġ jinżel għal jum wieħed biss.
Hemm titjira kuljum miċ-ċentru ta’ loġistika ta’ DHL f’Heathrow saċ-ċentru ta’ Londra. B’hekk il-ħelikopter jevita t-traffiku u jiffranka sa siegħa biex jasal sa Canary Wharf u London City. Courier ta’ DHL Express se jiltaqa’ mal-ħelikopter u jwassal il-pakketti minn hemm sad-ditti ta’ servizzi finanzjarji, konsulenti u dawk legali.
Il-ħelikopter tad-DHL, Bell 206 Jet Ranger, qieghed jiġi operat għal DHL minn Heli-Charter Ltd u jista’ jġorr iktar minn 300 kg ta’ ittri u pakketti.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.