‘Dħakna u bkejna flimkien’ – xita ta’ kummenti dwar iċ-Chippy

Facebook

Read in English.

Facebook

Jean Paul Bonnett huwa r-raġel li aktar kmieni tilef ħajtu wara li ħa xokk tal-elettriku waqt li kien qed jaħdem f’maħżen tal-karnival fi Triq il-Mollijiet fil-Marsa. Jean Paul kellu 45 sena mill-Ħamrun u kien delettant kbir għall-Karnival f’Malta. Huwa kien magħruf l-aktar bħala ċ-Chippy.

Ara: Raġel imut b’xokk f’maħżen tal-Karnival

Bosta kienu dawk li rrikorrew għall-midja soċjali biex iħallu messaġġi ta’ kondorjanzi liċ-Chippy, fost dawn kien hemm l-attur JJ Curmi li flimkien ma’ ritratt kiteb li jinsab bla kliem wara li sar jaf bl-inċident. Huwa żied li Bonnet kien raġel ta’ vera u flimkien daħku, bkew flimkien u dejjem kienu hemm għal xulxin. Semma li issa memorji biss fadal bħar-ritratt li tella’.

Xhasda din hallejtni bla kliem bro aqas niflah nikteb kont ragel ta vera dhakna flimkien bkejna flimkien u dejjem konnha…

Posted by Jj Curmi on Thursday, August 22, 2019

Fuq il-profil ta’ Bonnett jispikkaw diversi kummenti ta’ dawk li huma delettanti tal-karnival u ħadmu mill-qrib ma’ Jean Paul u jafu kemm il-karnival kien għall-qalbu.

RIP chippy ❤️😭❤️

Posted by Laia Lai on Thursday, August 22, 2019

 

X'telfa u x'hasra ghall-Karnival Malti!!! Hallina ftit ilu l-habib taghna, dilettant u persuna ferm habriki tal-Karnival…

Posted by Mario Camilleri on Thursday, August 22, 2019

Fuq il-profil ta’ Bonett m’hemmx biss il-kummenti ta’ dawk li huma dilettanti tal-Karnival, hemm ukoll kummenti ta’ dawk li jaħdmu miegħu.

Rip habib ta vera hasda kbira u kondoljanzi il familja kolha nimisjawk hafna 😢😢😢😢

Posted by Brandon Briffa on Thursday, August 22, 2019