Aġġornata (3) bil-filmat u r-ritratti : In-nirien ta’ dalgħodu f’Ħal Far għadhom għaddejjin

In-nirien li ħakmu dalgħodu mħażen tar-riċiklaġġ f'Ħal Far komplew jinfirxu mal-ħin, u sorsi infurmati qalulna li għadhom għaddejjin bħalissa.
Ftit tal-ħin ilu għadu kif waqa' saqaf minħabba s-sħanat tan-nirien.
Aktar kmieni Newsbook.com.mt kien infurmat li apparti l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, issejħu fuq il-post ukoll għadd ta' bawżers privati sabiex jassistuhom fil-provvista tal-ilma għat-tifi tan-nar. Jidher li l-ħitan tal-imħażen bdew jitbewqu bis-sħana.
Il-Forzi Armati ta' Malta ngħaqdu wkoll fuq il-post b'gaffa kbira sabiex jitneħħa xi materjal perikoluż min-nofs.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-5.30am hekk kif ħadu n-nar xi bring-in sites fi mħażen tar-riċiklaġġ
Ħadd ma ġie rrappurtat li weġġa'..
Għadu mhux magħruf x’seta’ wassal biex tqabbdu l-bring-in sites.
Sorsi qalulna li d-daħna ġġenerata qasmet Malta u Għawdex kollha.