Dħaħen fil-Gżira; Protezzjoni Ċivili fuq il-post

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu l-Gżira hekk kif fl-aħħar ħin deru xi dħaħen.

Kelliem għall-Pulizija spjega li daħal rapport jgħid li hemm xi dħaħen fi Triq Tas-Sliema. Aktar tard spjega li l-każ kien jinvolvi l-ħruq ta’ borma fuq in-nar. Minkejja kollox ma kienx hemm nirien u ħadd ma weġġa’ kawża tal-inċident.