Dgħajsa tirrapporta ħruġ ta’ żjut mill-Freeport – PD

Il-Partit Demokratiku (PD) qal li persuna fuq dgħajsa rrapurtat lill-awtoritajiet li kien hemm xi żejt fil-baħar fl-inħawi tal-Freeport u li kieku r-riħ ma kienx mill-Majjistral seta’ kien hemm kriżi akbar.

Il-PD ħeġġeġ lill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà (OHSA) biex tinvestiga dan il-każ u rrimarka li l-awtoritajiet għandhom ikunu proattivi aktar milli reattivi.

Skont il-PD il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ xi ħaddiema tal-Freeport jistgħu jkunu abużivi minħabba l-fatt li xi ħaddiema qed jaħdmu mas-70 siegħa fil-ġimgħa bir-riżultat li waqt ċertu xiftijiet bil-lejl il-ħaddiema qed ikunu għajjenin.

Il-PD jinsisti li dan l-inċident għandu jkun investigat biex ikun evitat kull periklu għall-għawwiema kif ukoll għaċ-Ċentru ta’ Riċerka tal-Akwakultura f’San Luċjan.