Dgħajsa tinqaleb f’Baħar iċ-Ċagħaq

Il-Pulizija kellha tintervjeni malajr wara li dgħajsa nqalbet f’Baħar iċ-Ċagħaq fl-inħawi tat-Torri tal-Għallis.

Minn informazzjoni li kiseb Newsbook.com.mt jidher li fuq id-dgħajsa kien hemm erba’ persuni abbord li minnhom ħadd ma weġġa.

Għadu mhux magħruf x’wassal biex id-dgħajsa tinqaleb.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm

Iżommukom aġġornamenti fil-ħin li ġej.