Tnejn l-isptar wara li dgħajsa ħadet in-nar f’garaxx

Christoph Schwaiger

Żewġt irġiel ndarbu u ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li dgħajsa ħadet in-nar f’garaxx f’Ħaż-Żabbar. L-irġiel għandhom 20 u 27 sena u huma minn Ħaż-Żabbar u Marsaskala.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-inċident ma’ Newsbook.com.mt u qal li l-każ seħħ għall-ħabra tal-3.45pm. Hu spjega li l-inċident seħħ fi Triq iż-Żinġla hekk kif iż-żewġt irġiel kienu qed jagħmlu xi xogħol fuq id-dagħjsa.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija u ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.