Dgħajsa tieħu n-nar f’Baħar iċ-Ċagħaq

Ħadd ma weġġa’ meta dalgħodu ħadet in-nar, dgħajsa li kienet marbuta f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Il-pulizija ġew infurmati bil-każ għal ħabta tas-6.15 am.

Membri tal-protezzjoni ċivili marru immedjatament fuq il-post u fi ftit ħin tfew in-nirien.

Għadu mhux magħruf x'ikkawża n-nirien.

Aktar dettalji kif jaslulna.

 

Ritratti: Adrian Agius fuq info@newsbook.com.mt