Dgħajsa taqa’ minn fuq trailer fix-Xemxija

Dgħajsa żelqet minn fuq trailer li kien qed jinstaq fit-telgħa tax-Xemxija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9.50am.
Jidher li għal xi ħin kienet qed tintuża karreġġata waħda minħabba li d-dgħajsa ġiet fuq karozza oħra li kienet warajha.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u d-dgħajsa qed titneħħa minn fuq il-post.
Ritratt: Facebook