Dgħajsa Koreana bin-nies tinġarr mill-baħar għall-kosta Ġappuniża

Dgħajsa b’madwar 8 persuni mill-Korea ta’ Fuq inġarret mill-kurrent mal-kosta Ġappuniża f'każ li mhuwiex fula f'qargħa.
L-irġiel, li qed jgħidu li huma Koreani, qed jinżammu mill-Pulizija Ġappuniża, wara li nstabu tard ilbieraħ filgħaxija mingħajr assistenza minn ħadd.
Skonthom, id-dgħajsa tas-sajd li kienu fuqha nqalgħulha xi problemi u spiċċat f’idejn il-mewġ tal-baħar.
Mhux l-ewwel darba li l-awtoritajiet iltaqgħu ma’ każijiet simili, u bosta drabi kulma jsibu jkunu l-iġsma tas-sajjieda bla ħajja, wara li d-dgħajsa tkun tant ilha mitlufa li kulħadd imut sakemm tintlemaħ min-nies.
Sadanittant, l-irġiel li ttellgħu mill-baħar ilbieraħ setgħu jimxu mingħajr għajnuna, ikkonfermat il-Pulizija.
Mhux magħruf x’se jiġri mill-irġiel, humiex se jibqgħu l-Ġappun jew jirritornawx il-Korea ta’ Fuq.
Ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi mhix xi waħda ta’ bejn il-ħbieb, assolutament.
Is-sajf li għadda l-Korea ta’ Fuq saparat 2 missili li għaddew minn fuq il-Ġappun, u tal-aħħar xejn ma ħa pjaċir b'dan.
Riċentement, suldat mill-Korea ta’ Fuq ħarab lejn il-Korea t’Isfel meta rnexxielu jiżgiċċa minn żona li fiha ma kienx hemm preżenzi militari.