Dgħajsa bl-immigranti tinqaleb; 100 potenzjalment mejta

Ian Noel Pace

Skont il-gwardjani tal-kosta Libjana, madwar 100 immigrant potenzjalment tilfu ħajjithom wara li d-dgħajsa li kienu fuqha għelbet u baqgħu ma nstabux.

Id-dgħajsa nqalbet ftit ‘il barra mill-kosta tal-pajjiż fit-Tramuntana tal-Afrika.

Skont kelliema għall-gwardjani tal-kosta jidher li ġew salvati madwar 14-il immigrant, madanakollu ma setax jipprovdi numru definittiv ta’ kemm kien hemm immigranti abbord u x’kienu n-nazzjonalitajiet tagħhom.

Mhux ċar meta telqu bid-dgħajsa għall-Ewropa u f’liema direzzjoni kienu sejrin.