Dgħajsa bi 28 immigrant fil-periklu fl-ibħra Maltin – Alarm Phone

Read in English.

Alarm Phone qiegħda twissi li 28 immigrant jinsabu f’periklu fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija.

Fil-5.15pm, l-għaqda kitbet fuq Twitter li dgħajsa bi 28 persuna abbord għamlet kuntatt magħha biex tinfurmaha li spiċċalhom il-fjuwil u qed jinġarru mal-kurrent.

Alarm Phone qalet li jeħtieġ li dawn in-nies jiġu salvati. Hija appellat lill-awtoritajiet Maltin biex ma jinjorawx ir-responsabbiltà tagħhom għal darb’oħra.

F’intervista li saritlu llum, il-Prim Ministru Robert Abela insista li ma jistax ikun li Malta tieħu aktar immigranti għax “Malta full up.” Qal li se jibqa’ jaħdem biex jaċċerta ruħu li jkun hawn inqas wasliet ta’ immigranti f’Malta.