Transport Malta ħabbret li b’effett immedjat, id-dgħajjes kummerċjali u l-operaturi tal-water sports, mhux se jkunu qed jitħallew jiżbarkaw il-passiġġieri mill-Imġarr, Għawdex jew postijiet oħrajn f’Għawdex jew Kemmuna.
Fi stqarrija, Transport Malta qalet li dan qed isir bħala parti mill-miżuri ta’ prekawzjonijiet b’rabta mal-imxija tal-coronavirus.
Intant, Transport Malta estendiet l-iskadenza b’mod temporanju taċ-ċertifikazzjoni, reġistrazzjonijiet u permessi tad-dgħajjes kummerċjali, il-bastimenti ż-żgħar u l-irmiġġi. Dawn jinkludu:
- Reġistrazzjoni ta’ bastimenti ż-żgħar
- Liċenzji Nawtiċi
- Ċertifikazzjoni ta’ dgħajjes kummċerjali
- Ċertifikazzjoni ta’ Kompetenza
- Permess ta’ rmiġġi
Transport Malta qalet li huwa importanti li s-sidien tad-dgħajjes ikollhom polza tal-assigurazzjoni valida xorta waħda matul dan iż-żmien.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.