Dgħajjes b’aktar minn 18-il tunnellata ta’ droga mwaqqfa f’Pantelleria

Il-Guardia di Finanza Taljana waqqfet żewġ dgħajjes tas-sajd li kienu qed iġorru aktar minn 18-il tunnellata ta’ droga miżmuma f’700 pakkett.
Jirriżulta li din id-droga għandha valur ta’ €100 miljun.
Id-dgħajjes ittieħdu minn Pantelleria lejn il-port ta’ Trapani fejn ġew arrestati l-25 baħri li kienu fuqhom.
Id-dgħajjes li kienu qed isalpaw mingħajr bnadar ġew interċettati miċ-Ċentru Militari Taljan meta kienu jinsabu fil-baħar Mediterran ‘l barra mill-kosta Taljana.