Deżerta taċ-ċikkulata

Ingredjenti

200g ċikkulata sewda mkissra f’biċċiet

120ml ilma sħun

3 bajdiet, separati

40g zokkor ismar

Metodu

Itfa’ l-biċċiet taċ-ċikkulata fl-ilma sħun f’banju marija. Dewwibha waqt li tħawwad fuq nar tassew bati. Meta ddub kollha ħawwadha waħda sew sakemm issir lixxa u tleqq.

Ħalli ċ-ċikkulata tibred ftit għal 2-3 minuti imbagħad żid l-isfra tal-bajd. Erġa’ ħawwad tajjeb b’mgħarfa tal-injam.

F’bieqja oħra ħabbat tajjeb l-abjad tal-bajd sakemm isir xkuma. Żid iz-zokkor terz terz kull darba sakemm ikollok xkuma tleqq.

B’imgħarfa tal-metall daħħal b’galbu kbir l-ixkuma fiċ-ċikkulata. Trid toqgħod attent li ma titlifx l-arja li jkun hemm fl-ixkuma biex id-deżerta tkun ħafifa.

Ferragħ t-taħlita f’tazzi, għattihom bil-clingfilm u daħħal fil-friġġ għal minn l-inqas sagħtejn sakemm tagħqad.

Meta tkun sservi, jekk trid, poġġi mgħarfa krema tal-ħalib imħabbta fil-wiċċ.