Aġġornata (2): ​Titjira kkanċellata; dewmien sa 18-il siegħa f’titjiriet tal-Air Malta

departuresedit

Numru ta' titjiriet tal-Air Malta qed jesperjenzaw dewmien fil-ħin tat-tluq jew inżul tagħhom u titjira minn Malta lejn Comiso ġiet ikkanċellata.

Din l-informazzjoni toħroġ mis-sit tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA).

Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li xi dewmien kien konsegwenza ta’ ħsara teknika f’xi ajruplan u ajruplan li ntlaqat minn xi għasafar.
Kelliem għall-Air Malta kkonferma ma' Newsbook.com.mt li titjira minn Catania ġiet affettwata minħabba xi għasafar, li kien hemm żewġ titjiriet li ġew affettwati minħabba strajks barra minn Malta, u li kien hemm ħsara teknika fuq ajruplan li kellu jitlaq minn St. Petersberg. Il-kelliem qal li l-Air Malta jiddispjaċiha ħafna minħabba dan l-inkonvenjent.
Spjega li b'kollox ġew affettwati 18-il titjira bid-dewmien ivarja bejn 30 minuta u 18-il siegħa.
Kelliema għall-MIA qalet ma' Newsbook.com.mt li jekk kien hemm xi dewmien dan ma kienx minħabba xi problema min-naħa tal-ajruport.

https://platform.twitter.com/widgets.js

https://platform.twitter.com/widgets.js

https://platform.twitter.com/widgets.js

Qed tiġi affettwat minn dan id-dewmien? Ibgħat imejl fuq info@newsbook.com.mt