Dewmien fit-titjiriet tal-Air Malta; tort tal-maltemp

Il-maltemp li ħakem lill-gżejjer Maltin bejn ilbieraħ u llum wassal sabiex numru ta’ titjiriet jittardjaw it-tluq jew il-wasla tagħhom fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Dan qalu ma’ Newsbook.com.mt Stephen Gauci, kelliem tal-linja tal-ajru tal-Air Malta wara li ġie mistoqsi dwar ir-raġuni għalfejn xi titjiriet ittardjaw dalgħodu.

Spjega li l-maltemp wassal sabiex jinħolqu restrizzjonijiet fil-ħinijiet skedati. Għaldaqstant irrimarka li għall-bqija tal-ġurnata mhux mistenni jkun hemm aktar titjiriet affetwati.

Liema titjiriet ittardjaw?

Tliet titjiriet tal-Air Malta ttardjaw b’aktar minn siegħa kull wieħed dalgħodu.

It-titjiriet huma dawn:

  1. KM116 – minn Malta għal Gatwick f’Londra. It-titjira kellha titlaq fid-8.40am iżda minflok tleqet fl-10.52am. Jiġifieri ttardjat b’siegħa u seba’ minuti.
  2. KM 641 – minn Katanja għal Malta. It-titjira kellha titlaq fis-7:15am u minflok telqet fit-8.34am. Jiġifieri ttardjat b’siegħa u 22 minuta.
  3. KM 826 – minn Malta għal Tel Aviv. It-titjira kellha titlaq fid-8.55am iżda minflok telqet fil-11am. Jiġfieri sagħtejn u 5 minuti wara l-ħin sekdat.

Titjira oħra għal Munich telqet minn Malta 20 minuta wara l-ħin skedat.

Min-naħa l-oħra t-titjira għal Ruma tal-bieraħ filgħaxija, KM 615 li kellha titlaq fl-10.10pm spiċċat ħalliet l-ajruport f’11.50pm. Jiġifieri telqet propju siegħa u 38 minuta tard.