Devjazzjonijiet fil-Mosta minħabba xogħlijiet

Minħabba xogħol ta’ manutenzjoni f’partijiet minn Triq id-Difiża Ċivili fil-Mosta, fi tmiem il-ġimgħa t-triq se tkun magħluqa għat-traffiku.
It-triq se tingħalaq għada fit-8.15pm sal-Ħadd fl-10am.
Il-vetturi minn Triq il-Fortizza tal-Mosta se jiġu devjati lejn Triq il-Forti u Triq il-Kostituzzjoni.
Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa biex isuqu bil-galbu.